Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qiegħed isegwi mill-qrib il-ġrajjiet li qed iseħħu fil-Kapitali Libjana, Tripli. Għal darb’oħra, l-Ministeru jappella bil-qawwa lil-Libjani kollha biex iwarrbu l-aġenda personali u jaħdmu għall-ġid komuni tal-poplu Libjan kollu.
Il-Ministeru appella bil-qawwa lill-partijiet kollha fil-kriżi Libjana biex jeżerċitaw kontroll, iwarrbu l-armi u wkoll il-vjolenza mdemmija.
Il-Ministeru qed isejjaħ għat-tkomplija tad-djalogu bejn il-partijiet kollha konċernati biex twassal għar-rikonċiljazzjoni nazzjonali li min-naħa tagħha twassal għall-paċi u sigurtá f’Libja stabbli. Il-Ftehim Politiku Libjan jipprovdi bażi soda għall-Libjani kollha biex għal darb’oħra jiltaqgħu flimkien u jipprovaw jagħmlu minn kollox u jwasslu lill-pajjiżhom għan-normalitá.