Raġel ta’ 59 sena residenti San Pawl il-Baħar ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara inċident fi Triq il-Kbira, l-Mellieħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00 meta għal xi raġuni r-raġel, li dak il-ħin kien qed għaddej fuq xogħlu bħala warden, tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’
Ir-raġel qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.