Warden safa midrub b’mod ħafif fi Triq tal-Balal il-Għargħur. Dan meta daħal f’argument ma’ raġel Serb ta’ 34 sena residenti s-Swieqi. Jirriżulta li l-warden, Mosti ta’ 51 sena, spiċċa attakkat wara argument mas-Serb, li kien miexi fit-triq. L-agressur kien arrestat filwaqt li l-warden ittieħed għall-kura f’Ċentru tas-Saħħa.