L-istilla ta’ Hollywood tkellem f’intervista ma’ Vanity Fair dwar il-prospetti tiegħu waqt li kien qed jippromwovi l-film ġdid ta’ Disney “Moana”.
Meta Dwayne ġie mistoqsi jekk hux qed jikkunsidra li joħroġ għall-elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti fl-2010, l-attur li għandu 44 sena qal “Jien ma neskludi xejn fil-ħajja”.
“Tkun opportunità mill-isbaħ biex tgħin lin-nies, u għalhekk jaf tkun possibbli,” huwa qal. “L-aħħar elezzjoni wriet li kollox hu possibbli.”
Dwayne kien diġà tkellem fil-passat dwar il-possibiltà li joħroġ għall-politika. F’Marzu hu kien ħalla messaġġ fuq Twitter fejn qal li “forsi xi darba” joħroġ għall-elezzjoni Presidenzjali. F’Ġunju, kiteb fuq Instagram li “il-ħsieb li xi darba jaf issir President biex toħloq impatt pożittiv u toħloq bidla globali hija ferm interessanti”.