Iċ-ċkejken Andrew li ilu għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat rikoverat fl-Isptar Mater Dei qata’ xewqa kbira li kellu li jiltaqa’ mal-kelb Ilio.
Hekk kif il-kelb xiref fis-sala tal-isptar, wiċċ Andrew deher jixgħel bil-ferħ u ma waqafx imellsu.
“Fl-aħħar irnexxielna nagħmluha. Illum għamilna tifel ċkejken kuntent ħafna. Andrew ma waqafx jitbissem… kienet sorpiża kbira għalih wara li ilu tliet ġimgħat l-isptar”, qalu r-rappreżentanti tal-Fondazzjoni Maltija tas-Service Dogs.
Ġest li jista’ jidher żgħir iżda li m’għandniex l-iċken dubju li se jħalli effett pożittiv fuq saħħet iċ-ċkejken Andrew!