Għall-ewwel darba wara aktar minn sena u nofs, l-Awstralja ser tkun qed terġa’ tiftaħ il-fruntieri tagħha minn Novembru li ġej, fejn se tħalli lil dawk imlaqqma biss jidħlu fil-pajjiż.
Sa issa ċittadini Awstraljani u peruni oħra b’permess speċjali jistgħu jidħlu fl-Awstralja, hekk kif kull tip ta’ vjaġġi oħra huma pprojbiti minħabba l-imxija.
Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison qal li dawk l-istati li għandhom ir-rata ta’ vaċċinazzjoni ‘l fuq minn 80% biss se jkunu jistgħu jgawdu minn dan ir-rilaxx.
Bħalissa Sydney, Melbourne u Canberra qegħdin f’lockdown minħabba żieda fil-każijiet.