Ftit sigħat wara ċ-ċelebrazzjoni annwali tal-festa ta’ San Patrizju f’San Ġiljan, il-bajja ta’ Spinola flimkien ma’ nħawi oħra tnaddfu kompletament mill-iskart li ġie ġġenerat matul il-jum tal-Ħadd.
B’kollox inġabru mal-15-il tunnellata ta’ skart.
Dan grazzi għal ħidma kkordinata bejn id-Dipartiment tat-Tindif, il-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan, il-Pulizija u Transport Malta.