Partitarji Nazzjonalisti qed jiddubitaw kemm il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech huwa verament il-Kap Nazzjonalista.
Dan intqal minn partitarji Nazzjonalisti fi gruppi fuq Facebook, wara l-istħarriġ tat-Times tal-Ħadd.
F’ritratti li waslu b’mod esklussiv għand ONE News, partitarju staqsa x’ser jagħmel il-partit wara dan l-istħarriġ u staqsa x’hemm bżonn isir.
Hawnhekk dlonk wieġbu xi ħadd u qallu li misshom jitilqu nofs id-deputati, b’Bernard Grech b’kollox.
Ieħor qal kif Bernard Grech lanqas jaf x’laqtu jew x’inhu jiġri fil-Partit Nazzjonalista.
Intqal kif min jiġi wara Grech għandu jaqbad xkupa u pala u jiknes kollox.
Dan b’referenza għad-deputati li ilhom hemm minn żmien GonziPN, fosthom Jason Azzopardi u Beppe Fenech Adami jiddettaw.
Ieħor qal kif Bernard Grech għandu jibda biex it-tajjeb jgħidlu tajjeb u mhux kollox ħażin.
Intqal ukoll kif il-Partit Nazzjonalista għandu jitbiegħed mill-għaqda Repubblika u Manuel Delia.
Oħrajn qalu kif il-bidu tal-qerda tal-Partit Nazzjonalista kien fi żmien GonziPN u ntqal kif Gonzi kien missier il-firda.
Dan filwaqt li ieħor qal kif Simon Busuttil kien il-bidu u t-tmiem tal-Partit Nazzjonalista.
Oħrajn qalu kif il-Partit Nazzjonalista għandu jitfaħ fetħa għajnejh, mingħajr ma jagħlaqhom u jieqaf jagħmel il-ħsara.
Dan il-partitarju Nazzjonalist qal kif iddardar jara l-manuvri fil-partit, li qed iqattċu n-nies ’il barra.
Intqal kif dawn il-manuvri wasslu biex il-Partit Nazzjonalista qed jitlef kandidati ġodda, fosthom lis-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista, Roselyn Borg Knight.
Oħrajn b’mod ironiku qalu “kuraġġ għax wasalna”. Pront ieħor wieġbu li l-Partit Nazzjonalista wasal biex jisparixxi.
U ieħor qalilhom proset u misshom jibqgħu sejrin.
B’ieħor jgħid li għadhom reqdin it-tmenin elf, b’botta għal Bernard Grech li kien qal li hemm il-maġġoranza silenzjuża.