Wara li ġimgħa u nofs ilu l-aġenzija Moody’s ippubblikat pubblikazzjoni fejn faħħret is-surplus miksub mill-Gvern Malti, l-esperti ta’ din l-aġenzija internazzjonali rrivedew ’il fuq it-tbassir ekonomiku għal pajjiżna.
Fi Credit Opinion ippubblikata fuq is-sit tagħha, Moody’s għolliet it-tbassir tagħha għat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna din is-sena għal 4.3%, dan meta sa Jannar li għadda kienet qed tbassar tkabbir ta’ 3.4% għall-2017.
Moody’s irrevediet ukoll ’il fuq it-tbassir tagħha għat-tkabbir ekonomiku fl-2018 minn 3.1% ghal 3.7%. Moody’s ikkonfermat ir-rating tajjeb għal pajjiżna ta’ ‘A3 stable’.
Taħt l-amministrazzjoni preċedenti,Moody’s kienet naqqset ir-rating ta’ pajjiżna minn ‘A1 stable’ għal ‘A3 negative’.
L-esperti ta’ Moody’s irrimarkaw li Malta’s economic growth exceeded expectations in 2016, with real GDP expanding by 5%, driven by robust private consumption and a strong contribution from net exports.
Fir-rapport tagħhom innutaw li economic performance remained well above the euro area average u li r-rata tal-qgħad waqgħet għal record low. Din ix-xejra pożittiva mistennija tkompli fis-snin li ġejjin, tant li dawn l-esperti jsostnu li economic growth could continue to outperform as confidence becomes entrenched helping to attract additional investment from abroad.
Ir-rapport ta’ Moody’s faħħar l-andament fiskali riċenti li wassal biex inkiseb surplus, tant li issa l-esperti tal-aġenzija internazzjonali qed ibassru li s-surplus se jibqa’ anke fl-2017 u l-2018.
B’riżultat ta’ hekk, il-piż tad-dejn nazzjonali kapaċi jonqos għal 53.5% sal-2018. Skont Moody’s, Malta’s government debt is now converging more quickly to similarly rated peers.
Il-Ministeru għall-finanzi qal li r-rapport ta’ Moody’s huwa konferma tal-importanza li Malta tibqa’ miexja fid-direzzjoni t-tajba u ma tieqafx nofs triq, biex l-andament ekonomiku jkompli jkun b’saħħtu fis-snin li ġejjin u l-familji u n-negozji jibbenefikaw mill-aqwa żmien għal pajjiżna.