Wara li fil-midja indipendenti ġie żvelat li l-Għaqda Repubblika rċeviet donazzjoni minn persuna li kisbet iċ-ċittadinanza f’pajjiżna permezz ta’ programm ta’ ċittadinanza, l-istess għaqda rritornat lura din id-donazzjoni.
Fi stqarrija, l-Għaqda Repubblika qalet li ma kinitx taf li l-persuna li tat din id-donazzjoni kienet kisbet iċ-ċittadinanza permezz tal-programm ta’ ċittadinanza.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Id-donazzjoni ngħatat lura wara li fil-midja ġie rrappurtat li, skond informazzjoni parlamentari, l-Għaqda Repubblika – li l-President tagħha huwa Robert Aquilina, ħu Karol Aquilina tal-Partit Nazzjonalista – aċċettat il-flus minkejja li l-istess Repubblika tikkritika mingħajr waqfien il-programmi ta’ ċittadinanza.