Il-Kamra tal-Avukati rreaġixxiet b’mod pożittiv għaċ-ċertifikat tal-Kummissjoni Venezja, li laqgħet ħamsa u tmenin fil-mija tar-rakkomandazzjonijiet tal-Gvern Malti fir-riformi fil-ġudikatura, fit-tisħiħ tas-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba.
Il-President tal-Kamra tal-Avukati Dr. Louis De Gabriele qal li wara konsultazzjoni mal-gvern, il-Kummissjoni Venezja, magħrufa li ma tħares lejn wiċċ ħadd, tat sinjal b’saħħtu li pajjiżna se jwettaq riformi.
“Konna qegħdin naqblu mal-proposti u nilqgħu b’mod pożittiv li ġew aċċettati mill-Kummissjoni.”
Fost ir-riformi l-ġodda, il-President tar-Repubblika ser ikollu l-poter li jagħżel hu membri fil-ġudikatura biex b’hekk jitneħħa kull intervent politiku.
Il-President ta’ Malta ser ikun qed jagħżel minn tliet membri nominati mill-Kumitat għall-Ħatriet tal-Ġudikatura wara sejħa pubblika.
Dan filwaqt li l-President tar-Repubblika se jinħatar biż-żewġ terzi tal-Parlament.
Dawn huma kollha passi fid-direzzjoni t-tajba, fi kliem il-Kamra tal-Avukati.
“Aħna konna qegħdin niġu konsultatti u rakkomandazzjonijiet li konna qegħdin naqblu magħhom. Hemm tac-chief justice r-rakkomandazzjoni tagħna kienet different. Imma meta jkollok nies fil-kamp jaqblu pass fid-direzzjoni tajba.”
Fl-isfond li l-Prim Ministru qal li issa dawn ir-riformi mhux se jibqgħu fuq il-karta iżda se jiġu abbozati f’liġijiet biex jgħaddu mill-Parlament, Dr. De Gabriele qal li hemm rieda biex l-istituzzjonijiet jibqgħu jaqdu l-funzjonijiet tagħhom.
“Meta Kummissjoni Venezja tendorsja hemm r-ieda li nipproteġu l-istituzzjoni biex jaqdu d-dover li għalihom qegħdin hemm.”