Bernard Grech kien l-unika wieħed li wera l-interess li jkompli jmexxi lill-Partit Nazzjonalista.
Dan hekk kif f’nofsinhar għalaq iż-żmien biex kull min hu interessat jitfa’ n-nomina tiegħu għall-elezzjoni ta’ Kap tal-partit.
Fl-aħħar jiem Bernard Grech deher jagħmel tentattiv wara l-ieħor li jbeżża’ lil kull min seta’ jitħajjar li jtellaqlu għat-tmexxija.
Fil-proċess huwa spiċċa kixef il-problemi kollha li għandu l-Partit Nazzjonalista.
Fost l-oħrajn kien stqarr li l-Partit Nazzjonalista għandu tnejn u tletin miljun ewro dejn filwaqt li kkonferma l-firdiet li hemm fil-Partit li jmexxi.