Wara li fl-aħħar xhur smajna l-opinjonijiet, ħabbatna l-ideat magħkom, u djalogajna mal-esperti, issa wasalna għal żmien l-azzjonijiet.
Kliem il-Ministru Chris Bonett, ftit wara li ħabbar numru ta’ miżuri u inċentivi maħsuba biex itaffu t-traffiku.
Hawn spjega li l-miżuri jaħsbu biex bħala pajjiż ibiddlu l-kultura li trabbejna fiha f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kif wieħed jivvjaġġa.
B’dawn il-miżuri ġew wara konsultazzjoni pubblika.
“Il-konsultazzjoni kienet kollox. Dan huwa Gvern li jemmen fil-kapaċità u l-abiltà tan-nies. Dan huwa Gvern li ilu jiggverna mill-2013 għax dejjem semgħa min-nies.”
Il-Ministru Chris Bonett
Tkellem dwar l-importanza li kulħadd jagħti s-suġġerimenti tiegħu, iżda l-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech lanqas biss ipparteċipa f’din il-konsultazzjoni.
“Semmejt il-parteċipazzjoni kbira mill-pubbliku għal konsultazzjoni pubblika. Taf minn ma tanix feedback, il-Partit Nazzjonalista. Hija xi ħaġa li ddispjaċini għaliex it-Trasport nibdew nilħqu livell ta’ maturita.”
Il-Ministru Chris Bonett
Dwar il-miżuri mħabbra, il-Ministru Bonett qal li l-iktar ħaġa faċli li seta’ jagħmel il-Gvern, kienet li jgħolli l-liċenzja, iżda Gvern Laburista jemmen fil-kapaċità tan-nies.
Hawn spjega li l-miżuri tal-Gvern se jsiru fuq tmintax-il xahar, bi proċess ta’ tranżizzjoni, pjan ta’ koordinazzjoni bejn l-entitajiet differenti u anke b’tibdil fil-qafas leġiżlattiv.
“F’April se nkunu qed invaraw l-ewwel miżuri. Illum qegħdin lejn l-aħħar ta’ Marzu u l-ewwel miżuri se jkunu qed jidħlu fis-seħħ fix-xahar li jmiss.”
Il-Ministru Chris Bonett
Iżda l-miżuri mhux se jieqfu hemm. Dan hekk kif, tliet xhur oħra se jitħabbru sett ieħor ta’ miżuri li se jiġu implimentati bejn Lulju u Settembru li ġej.
Biex imbagħad fi żmien li ġej jidħol fis-seħħ il-pjan fit-tul li se jikkumplimenta bl-infrastrutra ta’ pajjiżna.
