Il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech spiċċa ddefenda lil Thake, li aktar minn kwart ta’ miljun ewro żammhom f’butu flok ħallashom f’VAT dovuta.
Għal dan l-aġir, fi stqarrija oħra l-Partit Laburista stqarr li ma kien hemm l-ebda dubju li Grech se joħroġ għonqu għal Thake.
Dan għax kien parti mill-klikka li poġġitu Kap wara li tneħħa Adrian Delia, kif ukoll għax Bernard Grech innifsu għamel għomru u żmienu ma jħallasx it-taxxa.
“Bernard Grech illum reġa’ wera biċ-ċar li ma jemminx fi standards għolja fil-ħajja pubblika”, innota l-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista rrimarka wkoll li minkejja li Grech ħallas it-taxxa biss għax ħareġ għall-politika, sa ftit ilu kellu l-wiċċ imur fuq l-istazzjon tiegħu, jitkaża u jitkellem fit-tul dwar allegat ammont ta’ taxxa mhux imħallas fl-istess ammont li semmiet it-Times illum.
Il-Partit Laburista żied jgħid li issa Bernard Grech biddel id-diska u jrid juża l-iskuża tal-Covid-19 għal dak li ġara minn Thake sa minn qabel il-Covid.
“Il-Maltin mhux ċwieċ. Illum kellna prova oħra li Bernard Grech irid joqgħod għal li jgħidulu nies bħal Jason Azzopardi u David Thake. Jidher hu, jiddeċiedu huma”, temm jgħid il-Partit Laburista.