Gloria Callus hija r-rebbieħa tal-kompetizzjoni ‘Flimkien negħlbu s-sħana’ kompetizzjoni li ttelgħet tul is-Sajf li l-anzjani setgħu jipparteċipaw fiha permezz ta’ ritratt tipiku Sajfi.
L-għan ta’ din l-inizjattiva kien li l-anzjani jużaw il-kreattivita’ u l-ħiliet tagħhom dwar kif għandhom jipproteġu lilhom nfushom fis-sajf kontra x-xemx u s-sħana.
Il-kompetizzjoni ntlaqtet tajjeb ħafna mill-anzjani li uħud minnhom dehru bl-ilma kiesaħ u bin-nuċċalitajiet tax-xemx bħala wirja ta’ x’miżuri jieħdu fiż-żminijiet tas-sajf.
Wara din il-kompetizzjoni Sajfija tnediet waħda Xitwija, ‘Għall-irdoss mill-bard’ li hija mfassla fuq l-istess kunċett u l-anzjani huma mitluba li jieħdu ritratt tipiku Xitwi.
Dawn il-kompetizzjonijiet sempliċi niżlu għasel mal-anzjani li jieħdu sehem.