F’seduta ppreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, il-Qorti semgħet kif mara li x-xahar li għadda kienet akkużata li ppruvat toqtol lil raġel tagħha b’sikkina ġiet stuprata mis-minnu fi tmiem il-ġimgħa li għadda wara li daħlilha f’darhab.
Dan ħareġ waqt li kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra l-mara.
Fil-qorti ngħad li r-raġel stupra lill-ex mara wara li kissrilha l-bieb tad-dar. Ingħad li l-istupru nqabad fuq filmat bil-mobile.
Huwa twaqqaf mill-pulizija wara li reġa’ marrilha quddiem darha. Dan wara li l-mara għamlet rapport lill-pulizija li ġiet stuprata mill-ex raġel tagħha li għall-kuntrarju tagħha, ma kellux ordni biex ma jersaqx lejn. Il-każ ikompli f’Novembru.