Wara li baqa’ l-art u ma ġiex elett fil-Parlament, Jason Azzopardi saħaq li ġie iżolat apposta minn ta’ ġewwa.
Tul il-kampanja elettorali, Jason Azzopardi tħalla jitkellem fl-attivitajiet politiċi tal-Partit Nazzjonalista fejn kien jisħaq li Bernard Grech se jsir Prim Ministru iżda ma kienx jintbagħat fi programmi jirrappreżenta lill-Partit Nazzjonalista.
F’kitba fuq facebook, Jason Azzopardi li kkontesta l-elezzjoni każwali fuq id-disa’ distrett tkellem fuq karriera twila fil-Partit Nazzjonalista li issa se tieqaf.
Mid-distrett fejn ma ġiex elett bl-elezzjoni każwali, tela’ sieħbu Karol Aquilina.
Jason Azzopardi kompla għaddej bid-diskors solitu tiegħu u jsemmi inkjesti Maġisterjali.
Ara ukoll: