Il-Prim Ministru Robert Abela kkummenta wara li fil-Qorti dalgħodu kompliet tinstema’ l-kawża li l-Kap tal-Oppożizzjoni fetaħ kontra l-Avukat tal-Istat.
Spjega kif din hi logħba mal-prinċipji tad-demokrazija, filwaqt li l-Prim Ministru insista fuq il-ħtieġa li l-Gvern jintervjeni biex ikun hemm ħarsien tal-interess nazzjonali, fosthom bil-proċeduri ta’ arbitraġġ internazzjonali fil-konfront ta’ Steward.