Wara li l-aġenzija tal-credit rating Moody’s, kitbet artiklu biex tfaħħar is-surplus miksub minn pajjiżna, kien imiss lill-aġenzija Fitch. F’artiklu għall-eluf ta’ klijenti tagħha, Fitch Ratings isostnu li “Malta’s budget surplus underscores fiscal progress”.
Filwaqt li l-Opposizzjoni tipprova tagħti l-impressjoni li s-surplus huwa fażull, l-esperti tal-Fitch jgħidu li “the 2016 surplus continues the fiscal improvement seen in recent years, which has been driven by robust economic growth”. Barra minn hekk isostnu li l-miżuri li ħa l-Gvern sejrin iwasslu għal “positive fiscal adjustment in 2017-18”. Fost l-ohrajn il-Fitch issemmu li “several pension reforms have been passed” u li l-garanziji li ta l-Gvern fil-passat lil kumpaniji tiegħu, bħall-Enemalta, mistennija jonqsu sostanzjalment.
L-artiklu ta’ Fitch jikkonkludi billi jgħid li “the public debt/GDP ratio is on a downward trajectory” u li “economic growth will keep outperforming similarly-rated peers”. Dan huwa ċertifikat tat-tmexxija ekonomika bil-għaqal li pajjiżna kellu f’dawn l-aħħar snin.