Il-grupp muzikali Sting se jerġa’ jiftaħ u juża l-Bataclan ftit qabel l-għeluq tas-sena anniversarju mill-attakk terroristiku ġewwa Pariġi.
Fit-13 ta’ Novembru li għadda waqt il-kunċert tal-‘Eagles of Death’ daħlu tlett persuni armati li ħassdu l-ħajja ta’ disgħin ruħ. Wara dan l-attakk il-post baqa’ ma reġax intuża
Madankollu, il-kantant tal-grupp ‘Sting’ ħabbar li se jerġgħu jgħatu l-ħajja mużikali lura lil dan il-post b’rispett għall-memorja tal-vittmi. Il-qliegħ mill-avveniment se jmur kollu donazzjoni għall-‘Life for Paris’ u ‘13 Novembre: Fraternite Verite’, it-tnejn assoċjazzjonijiet b’risq il-vittmi tal-attakk u l-familjari tagħhom.
Jidher li wara dan il-kunċert il-Bataclan se jerġa’ jibda jospita għadd ta kunċerti oħrajn u b’hekk jibda jipprova jinsa l-avveniment ikraħ li għadda minn fuqu.