Wara l-maltemp jiġi l-bnazzi. Hekk qal dilettant tal-agrikoltura li għalkemm kien kuntent li għamlet ix-xita għax jibbenefikaw minnha l-bdiewa, feraħ ukoll għax issa li ħarġet ix-xemx.
L-istess persuna kiteb fuq Facebook kif għalkemm konna għatxana għal tikka xita, issa għamlet biżżejjed u li x-xemx ħaqqha toħroġ sabiex id-dilettanti tal-Karnival jiċċelebraw il-festa tagħhom li tant ikunu ilhom iħejju għaliha.
Kienu bosta dilettanti tal-agrikoltura li qablu miegħu u qalu li għalkemm huma dejjem jitolbu għax-xita, jemmnu li kull delizzju għandu jħenn għal ieħor u issa t-talb għandu jkun li t-temp jippermetti ħalli x-xhur ta’ ħidma ta’ sħabhom id-dilettanti tal-karnival ma jispiċċax fix-xejn.