Andrew Borg Cardona magħruf bħala l-‘Boċċa’ qal li l-għajjat ta’ Franco Debono ma jiswewx lanqas barmil bżieq sħun.
Dan wara li Franco Debono rribatta l-argumenti favur Lawrence Gonzi permezz ta’ Peppi Azzopardi.
‘Il-Boċċa’ esponent favur l-establishment Nazzjonalista mhux l-ewwel darba ħadha kontra min jikkritika lill-establishment Nazzjonalista, b’mod ewlieni min jikkritika lil Gonzi.
Il-‘Boċċa’ żied jgħid li bejn Peppi Azzopardi u Franco Debono fejn irrefera għalih bħala Frankie, huwa jemmen lil Peppi Azzopardi.
Peppi Azzopardi ħareġ jiddefendi lil Gonzi meta kien qal li se jivvota bil-qalb kontra li jorħsu l-kontijiet tad-dawl kif imniżżel f’mozzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament dak iż-żmien t’awsterità meta l-poplu kien mgħobbi bl-agħar piżijiet tal-kontijiet tad-dawl.
Franco Debono, li waqqa’ l-Gvern ta’ GonziPN billi sfiduċjah f’vot fil-Budget wieġeb lura.
“U l-Gvern qed jimplimenta powerstation bil-heavy fuel oil tmarrad kull mhawn. Is-South miksi għal dawk li nsew bit-trab iswed.”
Debono saħaq li Gonzi qed jipprova jħassar dak li qal u mill-ġdid jikteb l-istorja kif jaqbel lilu.
Franco Debono żied jgħid li d-diskors ta’ Gonzi kien wieħed vili.
“Dak li kellna mela tiġi tgħidilna, tiġi tipprova niktbu l-istorja. Dak kien diskors vili, viljakk ta’ bniedem prodott goff f’diskorsu.”
Dan l-aħħar kemm Lawrence Gonzi, magħruf li għadu jiġbed l-ispag fid-Dar Ċentrali u tat-tmexxija preżenti tal-Partit Nazzjonalista, u anki Simon Busuttil qed ikomplu jitkellmu u joħorġu fil-beraħ, filwaqt li jagħtu palata lill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech.