Fl-istess jum li l-Qorti tal-Appell ikkonfermat deċiżjoni tal-ewwel Qorti biex il-President tal-għaqda Repubblika, Robert Aquilina, jiġi investigat kriminalment dwar leaks illegali minn inkjesta, l-istess għaqda bagħtet imejl lill-membri Parlamentari kollha, inkluż il-Prim Ministru Robert Abela, fejn insistiet li għandha tiġi kkonsultata dwar ir-riforma fl-inkjesti maġisterjali.
F’din l-imejl, il-President tal-għaqda u eks Ambaxxatriċi fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti, Vicki Ann Cremona, saħansitra użat diskors tal-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista l-Perit Dom Mintoff fil-passat biex tipprova tiġġustiifka li r-riforma li jrid il-Gvern se twassal għal dik li ddeskriviet bħala ħsara kbira.
Dan waqt li, ovvjament, ma tagħmel l-ebda referenza għad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell, li kkonfermat il-leaks illegali minn inkjesta li spiċċaw f’idejha.