Żewġ accountant li ħawdu l-envelopes fl-Oscars ta’ nhar il-Ħadd ‘qatt mhu se jerġgħu jiġu ngaġġati’. Hekk ħabbret il-President tal-premijiet. Cheryl Boone Isaacs qalet li r-relazjoni mad-ditta PriceWaterhouseCoopers qed tkun eżaminata bir-reqqa biex jistabilixxu hux se jkomplu jaħdmu magħhom.
L-accountants Brian Cullinan u Martha Riuz, li jidhru fir-ritratt, kienu responsabbli għall-iżball, meta La La Land kien imħabbar rebbiegħ tal-aħjar film. Dawk li ħasbu li rebħu huma kienu f’nofs diskors ta’ ringrazzjament, meta tħabbar minflok li Moonlight rebaħ dan il-premju. Dan kien deskritt bħala l-ikbar żball li qatt sar f’89 sena ta’ Academy Awards.