Eks priġunier li ftit tal-jiem ilu kellu intervista ppubblikata fuq it-Times of Malta sostna li meta kien qed jiskonta sentenza fil-ħabs qatt ma qabeż il-line u skont hu għalhekk qatt ma ġie imsawwat.
Dwar dan is-sezzjoni tal-Korpi Dixxiplinati tal-General Workers Union qalet li l-Uffiċjali Korrettivi qatt ma użaw vjolenza fuq priġunieri.
Dan minkejja li diversi drabi jiġu provokati, insultati u mhedda waqt il-qadi ta’ dmirjiethom.
Fuq il-paġna ta’ facebook, it-taqsima tal-Korpi Dixxiplinati tal-GWU ppubblikat filmat tal-priġunier jitkellem mal-ġurnalist tat-Times imbagħad vuċi ta’ persuna, maħsub li huwa priġunier, jitkellem ħażin u jistieden lin-nies għall-ġlied.
Fil-fatt il-persuna li bdiet tistieden lin-nies għall-ġlied hu maħsub li bdiet tgħid lill-uffiċjal korrettiv biex jiftaħ il-bieb taċ-ċella.