Hekk kif matul il-ġurnata tal-Erbgħa Birkirkara FC ħabbru r-ritorn tal-kowċ Taljan Giovanni Tedesco, fil-jiem li ġejjin mistennija tissokta l-ħidma sabiex ikompli jissaħħaħ d-dipartiment tekniku tat-tim kif ukoll jibdew l-akkwisti tal-plejers.
Din il-paġna tinsab infurmata li l-plejers barranin kollha li kien spiċċalhom il-kuntratt mal-klabb mhumiex ser jiġu offruti kuntratt ieħor bl-uniku plejer barrani li ser jibqa fuq il-kotba tal-klabb huwa l-midfielder Diego Venancio li kien if-firma mal-klabb sena ilu.
Huwa mifhum, li t-tmexxija ta’ Birkirkara FC ħassew li kien hemm bżonn bidla wara li ħafna mill-plejers barranin kien ilhom parti mill-skwadra għal madwar tlett staġuni, liema tlett staġuni lis-stripes kienu mmexxija mill-Olandiż Andre’ Paus.
Bit-tim ma jirnexxilux jagħmilha f’kompetizzjoni Ewropeja, Birkirkara FC jidher li ser ikunu qed jieħdu ż-żmien neċessarju biex mill-ġdid jibnu skwadra kompetittiva.