Il-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima kkundanna kull tip ta’ vjolenza jew bullying.
Huwa qal dan b’reazzjoni għal filmati tal-bullying li qed jinxtered fuq il-midja soċjali.
F’kitba fuq Facebook, Grima qal kif il-Ministeru ħa azzjoni fejn permezz tal-amministrazzjoni tal-Kulleġġ saret talba lill-awtoritajiet biex ikun hemm preżenza fl-akkwati fejn seħħ il-każ, wara l-ħin tal-iskola.
Il-Ministru Clifton Grima qal kif il-Kulleġġ informa lill-ġenituri tal-istudenti involuti u se jittieħdu azzjonijiet ta’ dixxiplina.
Intqal kif il-każ se jkun riferut lis-Servizzi tal-Protezzjoni tat-Tfal, kif ukoll se tittieħed azzjoni min-naħa tal-Kulleġġ permezz tat-tim Psikosoċjali, kemm għal vittma u anke għall-aggressuri.
Intant, fi stqarrija l-Unjin tal-Għalliema l-MUT ikkundannat dan l-att.
AQRA WKOLL: