L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu DBRS esprimiet fiduċja f’pajjiżna minkejja l-eżitu tat-Task Force għall-Azzjoni Finanzjarja, l-FATF.
L-esperti tad-DBRS ikkummentaw wara d-deċiżjoni tal-FATF li tpoġġi lil Malta fi proċedura t’aktar moniteraġġ u qalet li l-awtoritajiet Maltin għamlu titjib sinifikanti fil-qafas kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-iffinanzjar tat-terroriżmu, tant li wassal għal assessjar favorevoli fil-moniteraġġ tal-Moneyval.
“L-awtoritajiet superviżorji lokali intensifikaw l-ispezzjonijiet, l-infurzar u s-sanzjonijiet fl-2020”, qalet id-DBRS.
“The Maltese authorities implemented a series of ambitious reforms on this front and strengthened the human and financial resources of the financial services authorities which resulted in a significant pick-up in terms of inspections and enforcement actions taken last year.”
Fil-fatt l-esperti finanzjarji tad-DBRS innutaw kif il-Gvern Malti saħħaħ ir-riżors uman fl-istituzzjonijiet li jirregolaw il-qasam finanzjarju tant li l-ispezzjonijiet żdiedu b’84% apparti l-għadd ta’ riformi li saru favur il-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja.
“For example, the number of supervisory inspections in 2020 increased by 84% relative to 2019 and by 149% relative to 2018.”
Tad-DBRS qalu wkoll li Malta rnexxielha tkun konformi kompletament jew kważi konformi kompletament ma’ disa’ rakkomandazzjonijiet tal-FATF filwaqt li ssemma kif ir-rapport tal-MoneyVal qal li pajjiżna m’għandux imqar kriterju wieħed fejn mhux konformi kompletament jew kważi konformi kompletament.
“This was reflected in Moneyval’s assessment scorecard, where Malta no longer exhibited ‘non-compliant’ or ‘partially compliant’ ratings, and 9 FATF recommendations have been upgraded from ‘partially compliant’ to ‘largely compliant’ and ‘compliant’.”
Quddiem il-messaġġ ta’ biża’ li qed tgħaddi l-Oppożizzjoni Nazzjonalista dwar telfien tal-impjiegi, l-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu magħrufa li tanalizza mingħajr ma tħares lejn wiċċ ħadd, sostniet li l-impatt mhuwiex daqstant ċar u saħqet li l-impatt ikun wieħed sinifikanti jekk il-qafas ta’ pajjiżna kontra l-ħasil ta’ flus jibqa’ suġġett għad-diskussjoni għal żmien twil.
F’dan il-kuntest, l-esperti tad-DBRS qalu li m’għandhomx dubju fuq l-impenn politiku tal-Gvern biex ikompli jagħmel ir-riformi meħtieġa biex jiġġieled il-kriminalità finanzjarja.
Skont id-DBRS il-progress qawwi min-naħa tal-awtoritajiet Maltin jista’ jfisser li d-deċiżjoni tal-FATF tista’ sservi ta’ katalista biex tgħaġġel l-imbottatura għat-titjib fl-effettività kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-iffinanzjar tat-terroriżmu, kontroll tal-korruzzjoni u iżjed governanza aħjar tal-pajjiż.
“Given the significant progress the authorities have made to address these challenges, DBRS Morningstar notes that this could serve as a catalyst to accelerate their push to improve AML/CFT effectiveness, corruption control, and further enhance the governance of Malta.”
Dan ifisser li tad-DBRS jemmnu li l-Gvern hu ddedikat biex itejjeb il-governanza u se juża d-deċizjoni tal-FATF biex iżid il-ħidma fil-qasam finanzjarju.
Tad-DBRS innutaw ukoll ir-rapport tal-Fond Monetarju Internazzjonali, l-IMF dwar il-likwidità.
Hawnhekk id-DBRS qalet l-pożizzjoni barranija qawwija ta’ Malta, is-sħubija tagħha fiż-Żona Ewro u l-wirja ekonomika b’saħħitha fl-aħħar snin jistgħu jipprovdu protezzjoni sinifikanti kontra l-isfida tal-likwidità.
Fil-fatt ir-rapport tad-DBRS jinnota li l-banek Maltin diġà naqqsu l-espożizzjoni tagħhom għal ċerti setturi.
“However, DBRS Morningstar acknowledges that the Maltese banks’ de-risking has already taken place to a large extend in recent years, especially related to sectors/individuals in the gaming and crypto space and the citizenship by investment scheme.”
Fil-fatt fuq dan anki tkellem il-Kap Eżekuttiv tal-akbar bank f’pajjiżna, il-Bank of Valletta.
Rick Hunkin qal li mhux jistenna li jkun hemm diffikultajiet sinifikanti wara l-eżitu tal-FATF.
Fuq id-deċiżjoni tal-FATF imbagħad il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li l-Gvern mhux ħa jaħdem bil-messaġġ tax-xejn mhu xejn, anzi se juża din l-isfida biex Malta toħroġ b’ċertifikat ieħor t’eċċellenza.