F’diskors politiku ieħor dwar il-pandemija li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, intqal li l-Gvern qed ibigħ il-ħmerijiet lin-nies.
Qal, “Tibqgħux tbiegħu l-ħmerijiet.”
Dan sostnieh wara li ftit minuti wara li tħabbru l-miżuri, anki mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, Bernard Grech mar jagħmel konferenza tal-aħbarijiet u qal li l-Gvern qed iberbaq il-flus.
Qal, “U dan wara li berbaq miljuni ta’ ewro fi flus il-poplu.”
Dan sostnih wara li l-Prim Ministru Robert Abela kien ħabbar li n-negozji milquta mill-miżuri l-ġodda se jieħdu wkoll il-Covid Wage Supplement b’mod sħiħ.
Fil-fatt dwar din it-tema reġa’ tkellem Bernard Grech, bil-Prim Ministru kellu anki jikkoreġih.
Spjega kif, “Għadu kif sar statement mill-Kap tal-Oppożizzjoni illi min in-negozju tiegħu ġie magħluq bis-saħħa tal-miżuri tal-bieraħ, iżda ma kienx miftuħ f’Marzu tas-sena li għaddiet mhuwiex se jirċievi l-għajnuna min-naħa tal-Gvern. Dan mhux minnu. Aħna se nappoġjaw lil kull min ilbieraħ għalaq in-negozju tiegħu minħabba l-miżuri restrittivi. Hekk ħdimna hekk se nibqgħu naħdmu u mhux se nħallu lin-nies waħedhom.”