Sfida oħra għall-indafa fil-bajjiet u mal-kosta. Wara l-grigalata kbira fi tmiem il-ġimgħa li wasslet biex ammont kbir ta’ awrat li tkaxkar mal-mewġ fit-triq fix-Xemxija, fl-aħħar sigħat karkassa kbira ta’ tonn daħlet fil-bajja tal-Għadira.
Ritratt mibgħut lil one.com.mt juri karkassa kbira ta’ tonn mejjet li x’aktarx mietet wara li ħarġet minn fish farm fit-Tramuntana tal-pajjiż.
Il-karkassa mistennija titneħħa minn ħaddiema tal-Gvern mit-taqsima tat-tindif li fl-aħħar sigħat kienu involuti biex f’ħidma kbira biex inaddfu l-pajjiż mid-debris li ħalla warajh il-maltemp.