Wara li tard ilbieraħ filgħaxija kien arrestat l-għalliem allegatament involut fil-każi ta’ abbuż fi skola fil-Ħamrun, imkejjen qrib l-investigazzjoni spjegaw ma’ one.com.mt kif dan huwa każ kumpless. Dan minħabba d-diversi verżjonijiet li hemm.
Iżda fuq kollox minħabba li dawn l-akkużi serji jinvolvu vittmi minorenni li f’dan l-istadju jridu jkunu imħarsa. Hemm ukoll numru ta’ tfal li setgħu kienu kompliċi jew saħansitra wettqu l-abbuż li wkoll ikompli jagħmel il-każ wieħed iktar delikat. Filwaqt li komplew jitfgħu iktar pressjoni l-akkużi ġodda li nibtu wara l-kuraġġ tal-ewwel allegat vittma li tkellmet dwar dak li kien qed jiġri fil-klassi fejn suppost issir il-lezzjoni tal-arti.
Intant, dwar dan il-każ u t-tema tal-abbuż fuq minorenni tkellmet il-Kummissarju tat-Tfal fil-programm Pjazza.