Il-Maġistrat Joe Mifsud ħareġ mill-isptar wara ħames xhur jieħu l-kura.
Kienu bosta li sellmu lill-Maġistrat għall-kuraġġ li wera f’dawn il-169 jum li dam fl-isptar Mater Dei.
Joe Mifsud kien anke saħansitra bagħatt messaġġ irrekordjat lid-dilettanti tal-festa, li hu tant iħobb.
F’April li għadda, Joe Mifsud kien ħareġ għal ftit jiem meta ltaqa’ mal-Papa Franġisku kemm f’Ta’ Pinu f’Għawdex kif ukoll fil-Bażilika ta’ San Pawl fir-Rabat ta’ Malta.