Il-bandiera Maltija ttellgħet fuq il-bini tal-Ambaxxata Maltija fi Tripli. Dan hekk kif din il-binja issa qed tlesti għall-ftuħ uffiċjali wara għaxar snin ta’ rivoluzzjoni fil-Libja kontra r-reġim ta’ Gaddafi.
Kawża tal-istess inkwiet, Malta kellha tagħlaq l-ambaxxata f’dan il-pajjiż ġar tagħhna, iżda llum din il-binja qed toffri tama ġdida hekk kif qed tħejji għall-ftuħ.
L-Ambaxxatur Malti għal-Libja, Charles Saliba, wasal fi Tripli ftit tal-jiem ilu, dan sabiex jassumi l-irwol tiegħu fil-pajjiż, fl-Ambaxxata ta’ Malta fil-kapitali Libjana.
F’messaġġ fuq Facebook, Saliba ta l-aħbar dwar it-tlugħ tal-bandiera Maltija fejn irringrazzja lill-poplu Libjan għall-apprezzament li wera. Spjega kif kulħadd qed jagħmel il-parti tiegħu biex il-ħidma tkompli minn fejn kienu ħallew.
Saliba sostna kif minkejja l-pandemija, il-ħidma ma waqfitx bit-tim kollu ħadem qatigħ. Qal kif Malta se tkompli toffri l-appoġġ tagħha lil-Libja f’dan il-mument kruċjali hekk kif il-pajjiż qed iwitti t-triq għall-elezzjonijiet fl-24 ta’ Diċembru 2021.
I wish to thank all the Libyan people who showed appreciation when seeing the Maltese flag back on the Embassy Building…
Posted by Charles Saliba on Friday, 12 March 2021