Missier kien illiberat mill-akkużi li abbuża sesswalment minn bintu ta’ tliet snin. Dan wara battalja ta’ għaxar snin fil-Qorti fejn il-missier argumenta li l-akkużi fil-konfront tiegħu saru biex issirlu l-ħsara.
Illum ir-raġel għandu 38 sena u f’Marzu 2006 meta beda l-każ ir-raġel u martu kienu għaddejin minn separazzjoni.
Meta jum fost oħrajn bintu kienet miegħu talbet li tmur id-dar ta’ ommu għax kienet ma tiflaħx.
Xi seba’ xhur wara l-omm marret tirrapporta għand il-pulizija li t-tifla semmietilha logħba tat-tabib u għamlet għadd ta’ akkużi oħra.
Dan biex f’Ġunju 2007 bdew il-proċeduri legali. Fil-każ itellgħu 25 xhud, fosthom it-tifla ta’ erba’ snin. Tifla li xehdet dwar il-logħba tat-tabib u kif kien hemm ukoll xi tgħarix. Iżda, ix-xhieda qatt ma kompliet għax l-omm telqet minn Malta ma’ bintha u warajha ħalliet 71 każ kriminali pendenti. F’sentenza ta’ 113 paġna l-Maġistrat Joe Mifsud innota diversi nuqqasijiet fosthom id-dewmien.
Intant, fost ix-xhieda kien hemm dik ta’ Child Protection Manager li li qalet li meta żaret id-dar tal-akkużat sabitha mimlija ritratti u proġetti tat-tifla. Ilkoll affarijiet sbieħ.
Jirriżulta li l-mara bdiet dawn l-allegazzjonijiet wara li skopriet li r-raġel kien qed jidħol f’siti ta’ sess virtwali, xi ħaġa li dejjem ammetta mingħajr problemi.