Iktar aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu b’rapport tajjeb dwar Malta. Fl-aħħar sigħat kienet Moody’s li ħarġet ir-rapport tagħha u li żammet lil Malta fil-kategorija A (A3). Intqal ukoll li l-prospetti għall-ġejjieni huma stabbli.
Reġa’ kien ikkonfermat li Malta se jkollha tkabbir ekonomiku li kważi jqarreb l-4%. Dan instigat minn iktar xogħol, infieq mill-konsumatur u konsum pubbliku.
Fost oħrajn Moody’s tinnota wkoll kif il-gvern qed jilħaq il-miri tiegħu. Fejn filwaqt li d-defiċit se jibqa’ jkun ikkontrollat id-dejn jinżel taħt is-60% tal-Prodott Domestiku Gross, kif mitlub mir-regoli Ewropej. Dan kollu mhux biss grazzi għat-tkabbir ekonomiku iżda wkoll għall-programmi tal-gvern bħal dak taċ-ċittadinanza b’investiment.
Għal darb oħra Moody’s tinnota kif Malta għandha sistema bankarja b’saħħitha u reżiljenti.
Fost l-isfidi li ssemmi hemm l-effett li Brexit jista’ jkollu fuq it-turiżmu għalkemm hawn ikunu innotati miżuri li jistgħu jikkumpensaw għal dan. Kliem ta’ tifħir ukoll għal mod kif Malta qed tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq iż-żejt u sors wieħed tal-enerġija, fejn għal darb oħra jissemmew il-proġetti maġġuri li qed isiru fis-settur.
Fuq kollox jingħad li għalkemm Malta żgħira għandha ekonomija kompettitiva li fiċ-ċirkostanzi twassal lil Moodys’ jagħmlu ġudizzju tajjeb ieħor dwar Malta.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/09/MOODYS.pdf”]