Erbat ijiem wara li inċident bi quad bike ħalla żagħżugħ mejjet fix-Xagħjra, it-temp ippermetta li tkompli l-investigazzjoni fuq il-post.
Fl-aħħar sigħat ittella’ minn taħt l-irdum il-quad bike li waqa’ bih iż-żagħżugħ Rueben Azzopardi ta’ 34 sena f’dik li kienet avventura li ntemmet bl-agħar mod possibbli.
Issa l-quad bike ikun analizzat mill-esperti li ħatar il-Maġistrat Joe Mifsud biex jassistuh fl-inkjesta, fosthom dak tekniku Emanuel Felice.
Biex ittella’ l-quad bike tqabbad kuntrattur privat. Il-ħidma kienet waħda diffiċli tant li ntrama barkun għax kien impossibbli jittella’ mill-art.