“Wara li korrejt disat itrabi, l-ħolma tiegħi għall-2019 xorta tibqa’ li nsir omm.”
Kien dan il-messaġġ li wasslet mara meta xi ħadd staqsa fuq Facebook “x’tixtieq li jseħħ fl-2019?”.
Fost bosta messaġġi bħal min irid li jsib l-imħabba ta’ ħajtu, min li jipproponilu l-għarus u oħrajn dwar kif jixtiequ l-paċi – kien dan il-messaġġ li l-aktar spikka b’mijiet ta’ persuni jikkummentawlha taħt il-kumment tagħha stess.
Kienu messaġġi ta’ tama li ħallewlha mijiet ta’ persuni fejn qawwewlha qalbha u qalulha li se jitolbu għaliha biex ix-xewqa tagħha tintlaqa’.
U int, x’tixtieq l-aktar għas-sena 2019?