Ħamsin ufficjal tal-kontrolli tal-fruntiera li jaħdmu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta se jgawdu minn kundizzjonijiet aħjar, ewlenija fosthom żieda fil-paga.
Dan permezz ta ftehim li ntlaħaq bejn il-Gvern, il-General Workers’ Union u l-Union Ħaddiema Magħqudin.
Dawn il-ħaddiema ilhom għal dawn l-aħħar għoxrin sena jixtiequ tibdil fil-kundizzjonijiet tagħhom. Dan issa sar realtà permezz ta’ ftehim iffirmat dalgħodu.