Għadma u ġilda. Hekk instabet Faith, kelba li ftit tal-jiem ilu kellha x-xorti li membru mill-Animal Welfare f’Għawdex ġabarha u salvaha minn ħalq il-mewt. Minkejja dak kollu li għaddiet minnu, xorta għadha tħobb.
Faith instabet fil-lokalità tax-Xlendi mhux f’qagħda ta’ saħħa tajba, mimlija qurdien u saħansitra għamja kompletament.
Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tal-Facebook, l-Animal Welfare f’Għawdex appellaw lil kull min bi ħsiebu jaddotta annimal, fejn sostnew li dawn ghandhom jitqiesu bħala parti mill-familja u xejn inqas.
Minkejja li Faith kellha ħajja mhux daqstant faċli, hi xorta waħda għadha tħobb lill-bnedmin u qatt ma attakkat jew ppruvat tattakka lil xi ħadd.