“Mela għadkom ma rajtu xejn minni u se nuża s-saħħa kollha tiegħi kontra tagħhom.”
David Casa
Wara din id-dikjarazzjoni ta’ David Casa, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech sostna li hu kburi b’Casa.
“Il-Partit Nazzjonalista kburi li kellu u għandu lil David Casa.”
Bernard Grech
Bernard Grech qal dan meta mistoqsi fuq iż-żewġ MEPs tiegħu, Roberta Metsola u David Casa.
Żewġ MEPs li attakkaw lil Malta f’kull okkażjoni li kellhom u ressqu mozzjonijiet kontriha, anke biċ-ċans li jintilfu fondi Ewropej favur ġensna.
Dan filwaqt li, meta l-Parlament Ewropew tkellem fuq il-Bulgarija, il-Greċja u r-Rumanija, iż-żewġ MEPs kienu minn tal-ewwel li ħarġu għonqhom u qabżu għal dawn il-pajjiżi, għax kellhom gvernijiet immexxijin minn partiti msieħba fil-Partit Popolari Ewropew, il-familja tal-Partit Nazzjonalista.
Metsola fil-fatt fil-Bulgarija kienet ġiet imlaqqma bħala “Mrs Mafia”, b’kartelluni tagħha fil-kapitali Sofia waqt protesti mill-poplu Bulgaru kontra skandli ta’ koruzzjoni li fnew il-Gvern Bulgaru tal-Prim Ministru Boyko Borisov.
Fil-Greċja, il-Gvern tal-Prim Ministru Mitsotakis hu akkużat li kellu sistema li tissemma telefonati ta’ politikanti rivali u fuq ġurnalisti.
Fuq dan, Metsola u Casa, li Bernard Grech hu kburi bihom, ma lissnux kelma.