Kemm hu sabiħ meta l-pubbliku jingħaqad għal kawża ġusta, din id-darba dan il-ġest sar mis-Soċjeta’ Filarmonika Leone, li bis-sapport tal-Aurora Youth Movement, ġabret il-membri u l-partitarji tagħha għall-ġest sabiħ tad-donazzjoni tad-demm.
Din l-okkażjoni ssir kull erba’ xhur bħala parti miċ-ċelebrazzzjonijiet marbuta mal-festa ta’ Santa Marija kif ukoll oħrajn li huma marbuta mal-anniversarju tad-29 t’April 1956 u l-Milied.
Dan il-ġest sar propju llum, wara d-dħul tal-istatwa ta’ Santa Marija fin-niċċa. Is-soċjeta’ Filarmonika Leone ma tagħmilx dan waħedha, iżda jkollha magħha bejn 20 u 30 donatur f’kull okkażjoni.
Id-donaturi jmorru f’ħinijiet separati f’dik il-ġurnata biex ma jistaġnawx it-traffiku ta’ donaturi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.