M’għadhiex fil-periklu tal-mewt it-tfajla ta’ 25 sena li ndarbet serjament b’arma li taqta’ u bil-ponta nhar il-Ħadd li għadda.
L-aħbar tajba hi li qalbet għall-aħjar u nħarġet mill-ITU.
Nhar il-Ħadd it-tfajla kienet ma’ Pollakka ta’ 33 sena u huma u mexjin fi Sqaq Lourdes f’San Ġiljan, ġew avviċinati minn persuna mhux magħrufa, li prova jisirqilhom il-handbags.
Persuni li tkellmu magħna qalulna li tfalja taħdhem bħala interpretu fil-Parlament Ewropew fi Brussell u l-kummissjoni ewropea. Nifmhu li tfajla kienet Malta għal vaganzi.
Sadanittant il-pulizija għaddha għaddeja bl-investigazzjoni tagħha sabiex jinqabad l-aggresur.