Koppja minn Illinois li kienu ilhom miżżewġin għal 69 sena mietu t-tnejn li huma f’temp ta’ siegħa, iżommu idejn xulxin.
Isaac Vatkin, ta’ 91 sena, kien qed iżomm id martu Teresa, li kellha 89 sena, fil-mument li tilfet il-battalja tagħha kontra l-Alzheimers.
Isaac miet 40 minuta biss wara li mietet martu. Membri tal-familja qalu li għalkemm kien mument diffiċli li tilfu lil ommom u kif ukoll lil missierhom, iħossuhom kuntenti li jafu li t-tnejn li huma jinsabu t-tnejn flimkien u li qattgħu l-aħħar mumenti ta’ ħajjithom flimkien.
Membri tal-familja sostnew kif it-tnejn li huma kellhom imħabba kbira lejn xulxin, imħabba li baqgħu sal-aħħar jgħixuha.