Is-Sibt wara nofsinhar l-attur ta’ fama mondjali Russell Crowe żar Forti Ricasoli fil-Kalkara, l-istess forti li 22 sena ilu kienet inbidlet f’Arena għall-film Gladiator.
Russell Crowe kien l-attur prinċipali meta fl-1999 sar il-ġbid tal-film Gladiator f’pajjiżna.

”X’emozzjoni inkredibli li nilqa’ lil Russell Crowe lura fil-forti Ricasoli wara 22 sena. Gladiator jibqa’ dejjem imfakkar bħala mument definit fl-industrija tal-films lokali”
Johann Grech, Kummissarju tal-films

Kienu bosta dawk li spontanjament fi ftit ħin marru quddiem Forti Ricasoli biex jiltaqgħu mal-attur, wara li l-attur innifsu għamel sejħa ftit minuti qabel li ser ikun hemm.

Crowe deher jiltaqa’ u jieħu ritratti ma’ kull min mar biex jiltaqa’ miegħu. Huwa ffirma bosta posters, stampi u materjal ieħor li n-nies preżenti kellhom bħala memorji tal-film Gladiator.

Ritratti: Gareth Degiorgio