Wara kważi sentejn, l-Istati Uniti reġgħu fetħu il-fruntieri tagħhom għal turisti li huma mlaqqma kompletament.
Ir-restrizzjoni dwar l-ivvjaġġar kienet ġiet introdotta mill-eks President Amerikan Donald Trump propju meta faqqgħet il-pandemija tal-Covid-19.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-midja internazzjonali rrappurtat kif l-ajruplani li se jtiru lejn l-Amerika mistennija jkunu mimlija sa ruħ ommhom, hekk kif din il-miżura kienet qed taffetwa eluf ta’ persuni.
Taħt il-miużri l-ġodda, dawk li mhumiex ċittadini Amerikani u se jivjaġġaw lejn dan il-kontinent iridu wkoll jittestjaw negattiv għall-virus. B’hekk mhux ser ikun hemm aktar il-bżonn ta’ kwarantina.