Minn żmien iż-żgħożija, Mariah Catanzaro tiġa bdiet taħseb kif jista’ jkollha d-dar personali tagħha. Ta’ spiss titkellem dwar din il-ħolma ma’ ommha, iżda ommha dejjem kienet inkwetata dwar hekk.
”Kull omm, ix-xewqa tagħha hi li tara t-tfal ‘settled’ f’ħajjithom u dejjem moħħi jberren għax darba skoprejt u tkellimt ma’ ex-pazjent tal-kanċer u bdejna nitkellmu li biex binti ssib propjeta’ ser ikun hemm problema minħabba li ex-pazjenti tal-kanċer, ma jiġux inxurjati”
Omm, Mariah
Omm Mariah tgħid li hi għandha tlett’itfal u l-ħolma tagħha hi li tixtieq li uliedha kollha jkollhom darhom, iżda deċiżjonijiet bħal dawn, temmen li huma inġusti fuq bintha Mariah u ex-pazjenti oħra.
Fit-tieni programm AWLA , il-Ħamis 7 t’Ottubru, fit-8:35pm fuq ONE, ser naraw u nisimgħu din l-istorja u aktar stejjer ta’ nies bi bżonnijiet differenti li sa ftit jiem ilu kienu qed issibuha diffiċli biex jixtru l-propjeta’ tagħhom u kif issa, dan il-Gvern qed jagħtihom tama ġdida. AWLA mmexxi minn Luke Dalli ser jiddiskuti l-propjeta’.