Tħabbret il-mewt taż-żagħżugħ minn Ħaż-Żebbuġ Steve Sciberras li 10 snin ilu, proprju fil-11 ta’ Jannar tal-2015, kien ħassu ħażin u waqa’ mal-art fi stabbiliment tad-divertiment f’Paceville għall-ħabta ta’ nofsilejl. Sciberras, kien inħareġ barra u ssejħet ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Dakinhar huwa kellu 22 sena, u fi stqarrija tal-Pulizija kien ħareġ li l-kundizzjoni tiegħu hija waħda serja. Iżda għall-familja Sciberras, illum fissret sajjetta fil-bnazzi, meta l-ġuvni ħa l-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu.
Oħtu Mari, fuq il-profil tagħha ta’ Facebook, kitbet “Għalfejn kellek tħallini daqshekk kmieni għażiż? Kont qiegħed tirkupra u Alla ħadek ‘il bogħod minna ħabta u sabta.”