L-ekonomija Ċiniża kibret bi 18.3% fl-ewwel kwart tal-2021 meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena l-oħra.
Dan it-tkabbir qed ikun meqjus bħala wieħed rekord b’din tkun l-ikbar qabża fil-prodott domestiku gross minn meta ċ-Ċina bdiet tiġbor din l-informazzjoni lura fl-1992.
Qed ikun irrapurtat kif il-mod ta’ kif irnexxielhom jikkontrollaw il-virus u l-għajnuna li ngħatat lin-negozji għenet sabiex din l-ekonomija tirkupra b’mod konsistenti minn meta laqtet il-pandemija.
Madankollu huwa maħsub li l-virus, li l-ewwel każijiet tiegħu ġew irrapurtati fiċ-Ċina, xorta waħda għadu qed iħalli dell fuq din l-ekonomija li jaf jinħass aktar ‘il quddiem.