Waqt li t-Tlieta filgħaxija l-Parlament kien qed jiddiskuti abbozz importanti mressaq mill-Gvern biex jissellef €2 biljun biex jassisti għexieren t’eluf ta’ ħaddiema u negozji milquta ħażin mill-COVID-19, id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kien qiegħed ixerred filmat satiriku ta’ żufjett fuq Facebook.
Waqt li kien qed jitkellem il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, Azzopardi xerred fuq Facebook, filmat editjat tas-CNN li fih xi ħadd poġġa filmat ta’ Adrian Zammit, raġel li ta’ spiss itella’ filmati fuq l-istess sit soċjali.
L-istorja tas-CNN kienet waħda serja wkoll meta filfatt kienet titratta dwar il-fatt li l-persuni morda bil-Coronavirus kienu qabżu l-100,000 madwar id-dinja.