Prosekuturi fl-Iżvezja waqqgħu l-investigazzjoni dwar l-allegat każ ta’ stupru fil-konfront tal-kofundatur ta’ Wikileaks Julian Assange, li bħalissa qed jinżamm fil-ħabs ta’ Belmarsh f’Londra.
Assange – li ċaħad l-akkużi minn meta ħareġ il-każ fl-2010– evita l-estradizzjoni lejn l-Iżvezja għal 7 snin sħaħ wara li kien ingħata refuġju fl-Ambaxxata tal-Ekwador f’Londra fl-2012.
F’April, l-Awstraljan ta’ 48 sena, kien intbagħat 50 ġimgħa ħabs wara li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
Ritratt: BBC News